Ftit tal-minuti oħra, għall-ħabta tas-7pm il-pulizija se tkun qiegħda tindirizza konferenza tal-aħbarijiet fil-kwatieri ġenerali tagħha.
Il-konferenza se tkun qiegħda tiffoka dwar il-qtil ta’ Cassar, omm ta’ żewġt itfal.
S’issa jidher li s-sitwazzjoni quddiem id-dar ta’ żewġha għada l-istess… is-suspettat ma jridx iċedi f’idejn il-pulizija. Qiegħed jingħad li fid-dar ir-raġel u armat u għalhekk il-pulizija huma kwati ħafna f’kull pass li jagħmlu.