Monday, March 3, 2025

Konferenza trilaterali iddiskutiet l-vjolenza domestika b’mezzi teknoloġiċi

Aqra wkoll

Id-diversi forom ta’ vjolenza domestika li issir bl-użu ta’ mezzi teknoloġiċi kienu taħt il-lenti f’konferenza li ġabet flimkien esperti Maltin, minn Norveġja u mill-Iżlanda bħala parti mill-proġett tal-kummissjoni nazzjonali kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika ffinanzjat mill-fondi taż-żona Ekonomika Ewropea u n-Norveġja.

Fil-ftuħ tal-konferenza s-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi Rebecca Buttigieg qalet li l-forom varji ta’ vjolenza ċibernetika qegħdin jiżdiedu u isiru iktar soffistikati. Hija qalet li għalkemm il-liġijiet Maltin diġà jipprovdu biex dawn l-atti jkunu kunsidrati bħala reati kriminali, konferenza bħala din iservi biex ikun hemm skambju ta’ ideati dwar miżuri , proċeduri u sistemi  biex ikun miġġieled dan il-fenominu u tingħata għajnuna u protezzjoni lil vittmi.

Rebecca Buttigieg qalet li s-soċjetà  ma tistax tagħlaq għajnejh għal dan l-abbuż li għandhom jittieħed bl-ikbar serjetà mill-persuna li jkunu fil-mira ta’ forom differenti ta’ theddid ċibernetiku għaliex dan jista’ faċilment iwassal għal reati iktar gravi inkluż il-femiċidju.

Il-Kummissarju kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika Samantha Pace Gasan  semmiet kif l-istrateġija nazzjonali tipprovdi għal azzjonijiet u miżuri biex jissaħħu l-oqsma amministrattivi kemm mil-lat ta’ prevenzjoni, mill-lat ta’ prosekuzzjoni u mill-lat ta’ sapport lil vittmi li jkunu fil-mira ta’ diversi forom ta’ vjolenza li tkun faċċilitata mill-mezzi teknoloġiji.

Samantha Pace Gasan kompliet tgħid li dan il-proġett trilaterali kompla saħħaħ il-kapaċita’ tal-kummissjoni nazzjonali kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika b’esperjenzi ġodda miksuba mal-partners tal-proġett fil-Norveġja u fl-Iżlanda fejn delegazzjoni Maltija li tinkludi wkoll uffiċjali tal-pulizija u mill-Fondazzjoni tas-Servizzi għal Ħarsien Soċjali kellhom l-opportunita’ jaraw mill-qrib is-servizzi u l-istrutturi li hemm f’dawn il-pajjiż kontra l-vjolenza cibernetika.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport