Saturday, December 28, 2024

Konferma b’saħħitha għat-tmexxija tal-Partit Laburista

Aqra wkoll

Id-delegati tal-Partit Laburista kkonfermaw bi ħġarhom it-tmexxija tal-Partit Laburista b’vot ta’ konferma wara r-rebħa elettorali storika li l-Partit Laburista kiseb fl-elezzjoni tas-26 ta’ Marzu.

F’konferenza ġenerali li bdiet tiltaqa’ l-ġimgħa, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela kien ikkonfermat b’vot ta’ 96.7% tad-delegati tal-Partit Laburista.

Id-Deputat Prim Ministru u d-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament, Chris Fearne kiseb il-fiduċja ta’ 95.3%

Id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Daniel Micallef kien ikkonfermat b’vot ta’ 96.5%.

F’din l-elezzjoni d-delegati wkoll ipparteċipaw bi ħġarhom hekk kif ivvotaw 678 delegat.

Intant, l-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista kkonferma wkoll erba’ ħatriet fl-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista. Dawn huma;

Ramona Attard bħala President tal-Partit Laburista

Louis Gatt bħala Viċi President tal-Partit Laburista

William Lewis bħala Segretarju Organizzattiv tal-Partit Laburista

Marc Vella Bonnici bħala Segretarju Internazzjonali tal-Partit Laburista

Il-Konferenza Ġenerali tagħlaq bid-diskors tal-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela għada bl-attivita ta’ Jum il-Ħaddiem, fil-Belt Valletta, mit-15:00 ‘il quddiem.

Ekonomija

Sport