B’deċiżjoni tiegħu, it-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar fi ikkonferma d-deċiżjoni li Ħondoq ir-Rummien jibqa’ bla mittiefes u ma jsir ebda żvilupp fih.
Din id-deċiżjoni ttieħdet wara appell li kienu għamlu l-iżviluppaturi, wara li fl-2016 l-Awtorità tal-Ippjanar ivvotat b’mod unanimu kontra dan l-iżvilupp.
B’hekk ġiet fi tmiemha kwistjoni li ilha għaddejja madwar 20 sena dwar il-potezjal ta’ żvilupp f’din iż-żona f’Għawdex. L-iżvilupp propost minn Gozo Prestige Hotels fuq art ta’ madwar 103,000 metru kwadru kien jinkludi lukanda, faċilitajiet ta’ parkeġġ, 25 villa, 60 appartament fost oħrajn.
Fi stqarrija, il-Partit Laburista nnota b’sodisfazzjon id-deċiżjoni tat-Tribunal ta-Ippjanar u radd ħajr lir-rappreżentanti tiegħu li tul is-snin, flimkien ma’ attivisti oħra, ħadmu qatigħ u bla waqfien bil-għan li jipproteġu dan is-sit f’Għawdex.