Monday, May 6, 2024

Konfermat ix-Shadow Kabinett il-ġdid … Delia jingħata s-Saħħa

Aqra wkoll

Fi stqarrija maħruġa mill-Partit Nazzjonalista tħabbret il-formazzjoni tas-Shadow Kabinett tal-Oppożizzjoni taħt il-kap Bernard Grech.

Robert Cutajar

Whip, Segretarju tal-Grupp Parlamentari u Shadow Minister għas-Self Employed, l-Intrapriżi ż-Żgħar u l-Koperattivi
Responsabbli mill-Grupp Parlamentari, is-self employed, l-intrapriżi ż-żgħar u l-koperattivi.

Paula Mifsud Bonnici

Assistent Whip u Shadow Minister għall-Anzjanità Attiva Responsabbli mill-anzjani, is-servizzi fil-komunità u d-djar għall-anzjani.

David Agius
Deputy Speaker u Shadow Minister għall-Fondi Ewropej u Sport
Responsabbli mill-fondi Ewropej u mill-politika dwar l-isport, il-kumplessi sportivi u l-ġlieda kontra l-obeżità.

Darren Carabott
Chairperson tal-PAC u Shadow Minister għall-Intern, is-Sigurtà u r-Riformi
Imexxi l-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi (PAC) u responsabbli mill-intern, il- korpi dixxiplinati, l-immigrazzjoni, is-sigurtà, is-servizzi korrettivi, iċ-ċittadinanza u r-riformi.

Janice Abela Chetcuti
Shadow Minister għad-Drittijiet tal-Konsumatur u l-Ħarsien tal-Animali
Responsabbli mid-drittijiet tal-konsumatur u l-ħarsien tal-annimali.

Karol Aquilina
Shadow Minister għall-Ġustizzja
Responsabbli mill-Qrati, l-Avukat Ġenerali, l-Avukat tal-Istat, in-Nutar tal-Gvern u l-governanza tajba.

Graziella Attard Previ
Shadow Minister għall-Ugwaljanza, il-Libertajiet Ċivili u d-Drittijiet tat-Tfal Responsabbli mill-ugwaljanza, il-libertajiet ċivili, id-drittijiet tal-minoranzi u l-politika u d- drittijiet tat-tfal.

Charles Azzopardi
Shadow Minister għad-Delizzji u t-Tagħlim ta’ Matul il-Ħajja Responsabbli mill-ħarsien u l-promozzjoni tad-delizzji tradizzjonali, inkluż il-kaċċa u l-insib, u t-tagħlim ta’ matul il-ħajja.

Ivan Bartolo
Shadow Minister għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli, il-Pensjonijiet u l-Ġlieda Kontra l-Faqar
Responsabbli mill-akkomodazzjoni soċjali u affordabbli, l-Awtorità tad-Djar, il-pensjonijiet u l-ġlieda kontra l-faqar.

Ivan J Bartolo
Shadow Minister għax-Xogħol u l-Ħolqien ta’ Setturi Ekonomiċi Ġodda Responsabbli mill-politika nazzjonali dwar ix-xogħol, il-ħolqien ta’ impjiegi, Jobsplus u l-ħolqien ta’ setturi ekonomiċi ġodda.

Graham Bencini
Shodow Minister għall-Finanzi Responsabbli mis-settur tal-finanzi u t-tassazzjoni.

Toni Bezzina
Shadow Minister għall-Agrikoltura u s-Sajd
Responsabbli mill-politika rurali, is-sigurtà tal-ikel, l-agrikoltura, is-sajd u l-akwakultura.

Bernice Bonello
Shadow Minister għaż-Żgħażagħ u l-Ħolqien ta’ Spazji Ġodda
Responsabbli mis-settur taż-żgħażagħ u l-ħolqien ta’ spazji ġodda.

Eve Borg Bonello
Shadow Minister għat-Tibdil fil-Klima u l-Indafa Pubblika
Responsabbli mill-politika dwar it-tibdil fil-klima u l-indafa pubblika.

Alex Borg
Shadow Minister għal Għawdex
Responsabbli mill-affarijiet dwar Għawdex.

Rebekah Borg
Shadow Minister għall-Ambjent
Responsabbli mill-qasam tal-ambjent u l-afforestazzjoni.

Albert Buttigieg
Shadow Minister għall-Familja u s-Sigurtà Soċjali
Responsabbli mill-politika dwar il-familja u s-sigurtà soċjali.

Claudette Buttigieg
Shadow Minister għall-Amministrazzjoni Pubblika, ix-Xandir Pubbliku u l-Ġlieda Kontra d-Dijabete
Responsabbli mill-amministrazzjoni pubblika, ix-xandir pubbliku u l-ġlieda kontra d-dijabete.

Ryan Callus
Shadow Minister għall-Enerġija, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni
Responsabbli mis-settur tal-enerġija, il-konservazzjoni tal-ilma, ir-riżorsi naturali, ir-riċerka u l-innovazzjoni, ix-xjenza u t-teknoloġija.

Jerome Caruana Cilia
Shadow Minister għall-Ekonomija u l-Intrapriża
Responsabbli mill-ekonomija, l-industrija, l-intrapriża u s-servizzi finanzjarji.

Ivan Castillo
Shadow Minister għas-Settur Marittimu, id-Djalogu Soċjali u l-Ġlieda Kontra l-Għoli tal-Ħajja
Responsabbli mill-affarijiet marittimi, il-Freeport, il-portijiet, ir-relazzjonijiet industrijali, id- djalogu soċjali u l-MCESD u mill-ġlieda kontra l-għoli tal-ħajja.

Mario de Marco
Shadow Minister għat-Turiżmu
Responsabbli mis-settur tat-turiżmu u l-linja nazzjonali tal-ajru.

Adrian Delia
Shadow Minister għas-Saħħa
Responsabbli mill-politika nazzjonali tas-saħħa u mis-servizzi tas-saħħa.

Beppe Fenech Adami
Shadow Minister għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ
Responsabbli mir-relazzjonijiet internazzjonali u Ewropej u mill-promozzjoni tal-kummerċ.

Graziella Galea
Shadow Minister għall-Inklużjoni u l-Volontarjat
Responsabbli mill-inklużjoni, il-persuni b’diżabbiltà u s-settur tal-volontarjat.

Joe Giglio
Shadow Minister għall-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali
Responsabbli mix-xogħlijiet pubbliċi, il-manifattura u s-servizzi u l-proġetti infrastrutturali u kapitali tal-Gvern.

Carm Mifsud Bonnici
Shadow Minister għar-Riforma Kostituzzjonali u d-Drittijiet Fundamentali tal-Bniedem
Responsabbli mill-ħidma għar-Riforma Kostituzzjonali u mid-Drittijiet Fundamentali tal-Bniedem.

Chris Said
Shadow Minister għall-Kwalità tal-Ħajja u l-Gvern Lokali
Responsabbli mill-politika favur kwalità tal-ħajja aħjar u mill-Gvern Lokali.

Mark Anthony Sammut
Shadow Minister għat-Trasport u l-Mobbiltà
Responsabbli mis-settur tat-trasport, it-toroq u l-avjazzjoni.

Justin Schembri
Shadow Minister għall-Edukazzjoni u s-Snajja’
Responsabbli mis-settur tal-edukazzjoni obbligatorja u edukazzjoni ogħla, inkluż l-Università u l-MCAST, u s-snajja’.

Stephen Spiteri
Shadow Minister għall-Politika Soċjali
Responsabbli mill-politika soċjali.

Ian Vassallo
Shadow Minister għall-Kura Primarja u s-Saħħa Mentali
Responsabbli milll-kura primarja u mis-saħħa mentali.

Julie Zahra
Shadow Minister għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Kultura
Responsabbli mill-wirt nazzjonali, l-arti, il-kultura u l-indsutrija tal-films.

Stanley Zammit
Shadow Minister għall-Ippjanar u l-Artijiet
Responsabbli mill-ippjanar tal-iżvilupp, il-kostruzzjoni, ir-riforma fis-settur tal- kostruzzjoni, l-artijiet u membru tal-Bord tal-Artijiet f’isem l-Oppożizzjoni.

Aktar kmieni: Ġimgħa wara r-reshuffle tal-mexxej Laburista Robert Abela, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech jidher li se jkun qiegħed ibiddel is-Shadow Kabinett tiegħu fis-sigħat li ġejjin.

Ikkonferma din l-aħbar is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino li aktar kmieni llum deher dieħel fid-Dar Ċentrali, b’numru ta’ Deputati li segwew f’dawk li nifhmu li huma diskussjonijiet strateġiċi qabel jitħabbru t-tibdiliet li se jkunu qegħdin isiru.

Fost l-ewwel deputati li dehru deħlin kien hemm Darren Carabott, David Agius, Stephen Spiteri u Janice Chetcuti iżda aktar tard dehru deħlin ukoll Rebekah Borg, Ivan Castillo, Graham Bencini, Ivan Bartolo, Bernice Bonello, Eve Borg Bonello u Stanley Zammit.

Qabel dawn l-aħħar tnejn deher dieħel il-Viċi Kap tal-partit Alex Perici Calascione fejn meta mistoqsi dwar jekk huwiex fiduċjuż fit-tibdiliet huwa wieġeb li fiduċjuż mill-bidliet li se jkunu qegħdin isiru li finalment l-iskop tagħhom huwa li jsaħħu l-partit biex ikun verament jista’ joffri tmexxija alternattiva għal Malta.

Sport