Sunday, November 24, 2024

Konfront bejn żewġ ġganti tal-football mondjali

Aqra wkoll

Minn Grupp H, fit-8.00 pm, il-Portugall u l-Urugwaj jaffrontaw lil xulxin f’dak li huwa meqjus bejn żewġ ġganti fil-football mondjali.

Il-Portugall bdew il-kampanja tagħhom ta’ din it-Tazza tad-Dinja b’rebħa fuq il-Ghana bl-iskor ta’ 3-2.

Rebħa tpoġġi lill-Portugall fir-round tal-Aħħar 16, fejn jistgħu saħansitra jirbħu l-grupp, jekk il-logħba ta’ qabel bejn il-Korea t’Isfel u l-Ghana tispiċċa fi draw.

L-Urugwaj ġew miżmuma fi draw ta’ mingħajr goals mill-Korea t’Isfel, f’logħba li ddiżappuntaw bil-kbir minħabba li ndirizzaw xutt wieħed biss lejn il-lasti avversarji.

Huwa mperattiv għalihom li joħorġu rebbieħa biex jibqgħu jittamaw li jkomplu javvanzaw f’din il-kompetizzjoni. Min-naħa l-oħra, telfa tkompli tressaqhom lejn ix-xifer tal-eliminaz­zjoni.

Il-Portugall m’għandhomx problemi ta’ players neqsin u għaldaqstant jinżlu bl-aqwa formaz­zjoni possibbli.

Min-naħa l-oħra għall-Urugwaj, Ronald Araujo qed jirkupra minn injury muskolari u x’aktarx li jkun disponibbli biss fl-istadji eliminatorji, dejjem jekk l-Urugwaj jaslu sa dan l-istadju.

Sport