Sunday, December 29, 2024

Konfront bilanċjat bejn it-Tuneżija u l-Awstralja

Aqra wkoll

Partita li tidher li se tkun waħda bilanċjata minn Grupp D, li se tintlagħab fil-11.00 am, hija dik bejn it-Tuneżija u l-Awstralja u għaldaqstant ma tkun l-ebda sorpriża jekk tispiċċa f’riżultat ta’ draw.

It-Tuneżini fetħu l-kampanja tagħhom b’punt wieħed, wara li t-Tlieta kisbu draw ta’ mingħajr goals kontra d-Danimarka … l-ewwel clean sheet tagħhom fit-Tazza tad-Dinja mill-1978. Bi Franza tkun  l-aħħar logħba tagħhom tal-grupp, huma jkunu jridu jiksbu punti massimi.

L-Awstraljani sfaw megħluba fl-ewwel partita tagħhom tal-grupp, fejn tilfu 4-1 kontra ċ-champions renjanti Franza, wara li kienu huma li marru fil-vantaġġ. L-aħħar rebħa tagħhom fit-Tazza tad-Dinja kienet fl-2010.

Iż-żewġ timijiet idealment jeħtieġu t-tliet punti u għaldaqstant żball minn naħa jew oħra jista’ jkun ta’ detriment biex l-avversarji “jisirqu” t- tliet punti.

Iż-żewġ coaches ma għandhom l-ebda problemi ta’ players neqsin.

Peró, Wahbi Khazri, li jinsab it-tieni fil-lista tal-goalkeepers u li qatt ma lagħab għat-Tuneżija, jista’ jibda fil-formazzjoni inizjali minħabba li qed jimpressjona ferm waqt it-taħriġ.

Ekonomija

Sport