Minn Grupp H, fil-5.00 pm, il-Portugall ikunu nvoluti f’partita delikata kontra l-Ghana. Huma kkwalifikaw għat-tmien edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja tagħhom wara li spiċċaw fit-tieni post wara s-Serbja fil-grupp ta’ kwalifikazzjoni tagħhom, qabel għelbu lill-Maċedonja ta’ Fuq bl-iskor ta’ 2-0 fil-play-off. L-aqwa riżultat tagħhom wasal lura fl-1966 meta spiċċaw it-tielet u fl-aħħar Tazza tad-Dinja sfaw eliminati fir-Round tas-16.
Il-Ghana kkwalifikaw għar-raba’ edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja tagħhom wara li kisbu l-ewwel post fil-grupp ta’ kwalifikazzjoni tagħhom, qabel għelbu lin-Niġerja bil-goal away jgħodd doppju fid-draws ta’ 0-0 u 1-1 fuq żewġ legs.
L-aqwa klassifikazzjonio tagħhom kienet fl-2010 meta waslu sal-kwarti-finali, bl-aħħar dehra tagħhom tkun fl-2014.
Il-Portugall għandhom il-players kollha għad-dispożizzjoni. Cristiano Ronaldo ma lagħabx fil-partita ta’ ħbiberija kontra n-Niġerja li fiha ħarġu rebbieħa bl-iskor kbir ta’ 4-0, iżda huwa aktar minn ċert li se fil-formazzjoni inizjali.
Min-naħa tagħhom, il-Ghana se jkunu bl-aqwa formazzjoni possibbli wkoll.
Thomas Partey kien sostitut mhux utilizzat fir-rebħa ta’ 2-0 li l-Ghana kisbu f’partita ta’ ħbiberija kontra l-Isvizzera, iżda żgur li se jkun mal-ewwel 11.