Monday, December 23, 2024

Konfront dirett bejn l-Iran u l-Istati Uniti

Aqra wkoll

Wara li rnexxielhom jegħlbu lil Wales bl-iskor ta’ 2-0 biex saħħew iċ-ċansijiet tagħhom li jikkwalilfikaw għar-round tal-Aħħar 16, fit-8.00 pm minn Grupp B, l-Iran se jkunu nvoluti f’konfront dirett kontra l-Istati Uniti li min-naħa tagħhom temmew fi draw ta’ 0-0 kontra l-Ingilterra.

L-Iran se jkunu mingħajr is-servizzi ta’ Ali­reza Jahanbakhsh li jinsab sospiż wara li ntwera żewġ karti sofor.

Sardar Azmoun huwa dubjuż wara li viżibilment tħabat matul it-68 minuta kontra Wales minħabba li ma jinsabx f’siktu għal kollox. Iżda l-coach Carlos Queiroz jista’ jirriskja lill-attakkant mill-bidu minħabba l-kwalitá tiegħu.

Il-goalkeeper, Alireza Beiranvand, jista’ jirritorna li jidher li rkupra għal kollox meta fl-ew­wel logħba, kontra l-Ingilterra, sofra konkussjoni u kien nieqes kontra Wales.

L-Istati Uniti m’għandhomx problemi ta’ injuries u se jinżlu għal din il-logħba b’moral għoli hekk kif ġejjin minn riżultat ta’ draw kontra l-Ingilterra.

Peró l-partitarji Amerikani qed jikkritikaw lill-coach, Gregg Berhalter, minħabba li Giovanni Reyna  ta’ Borussia Dortmund s’issa ġie utilizzat biss 15-il minuta f’żewġ partiti.

Nofs il-ground se jkun imexxi minn Weston McKennie, Tyler Adams u Yunus Musah. Dan ifisser li Brenden Aaronson ta’ Leeds United se jerġa’ jibda fuq il-bank tas-sostituti għat-tielet darba konsekuttiva.

Ekonomija

Sport