Friday, November 15, 2024

Konfużjoni fuq titjira lejn Heathrow … passiġġiera titlob li tinżel waqt it-tluq

Aqra wkoll

Nhar il-Ġimgħa fuq it-titjira KM 100 tal-linja nazzjonali Air Malta inqalgħet konfużoni sħiħa u dan hekk kif waqt li l-ajruplan kien qed jagħmel it-tluq tiegħu, waħda mill-passiġġieri bdiet tgħajjat li trid tinżel minn fuq l-ajruplan.  Hi bdiet tgħid biex javaw lill-kaptan li trid tinżel minn fuq it-titjira.

Peress li s-sitwazzjoni ma’ kkalmatx ġie deċiż li l-ajruplan imur lura quddiem it-terminal u minn hemm tniżżlet ill-passiġġiera. Dan il-proċess ħa ammont ta’ ħin, għax kellhom jerġgħu jitniżżlu il-bagalji.

Sorsi li tkellmu ma’ talk.mt qalulna li imbagħad telqet madwar siegħa u nofs tard. L-istess sorsi qalulna li l-persuna involuta hi qaribha ta’ Charles Polidano, li ftit ħin qabel kien interrogat mill-Pulizija imma imbagħad inħeles aktar tard.

Ekonomija

Sport