Ftit tal-ħin ilu, għall-ħabta tas-2:15 p.m bdiet tinġema’ konġestjoni kbira ta’ traffiku wara li vettura waqfet fi Triq Burmarrad direzzjoni lejn Buġibba.
Fuq il-post issejħu minnufih numru ta’ uffiċjali mit-taqsima tat-traffiku biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.
Madanakollu jidher li minħabba li mill-istess triq jgħaddu vetturi kbar bħalma huma tal-linja, fi ftit minuti ġie ffurmat serbut twil ta’ vetturi.
