Friday, December 27, 2024

Konġestjoni kbira ta’ traffiku fiċ-Ċirkewwa wara ħabta bejn tal-linja u karozza

Aqra wkoll

Għal xi ħin aktar kmieni nġemgħet konġestjoni ta’ traffiku fiċ-Ċirkewwa fit-triq li tagħti għall-vapur tal-Gozo Channel.

Fortunatament ħadd ma ndarab f’din il-ħabta, iżda għal xi ħin l-istess vetturi kienu qegħdin jostakolaw it-triq u konsegwentament inġemgħu ammont ta’ karozzi.

Jidher li minkejja li għaddiet aktar minn siegħa mill-inċident, is-sitwazzjoni kompliet tiggrava b’persuni jxerrdu ritratti b’appelli biex tiġi evitata ż-żona.

F’post li ttellgħet fuq il-midja bosta kienu dawk li appellaw għal aktar ħsieb u rispett waqt is-sewqan għax bi ftit attenzjoni setà faċilment ġie evitat dan l-inċident li kellu impatt fuq diversi persuni bla bżonn.

Ekonomija

Sport