Il-Pulizija qiegħda tħeġġeġ lis-sewwieqa biex jevitaw Marsa Ħamrun bypass direzzjoni lejn Triq Aldo Moro, minħabba inċident tat-traffiku li seħħ aktar kmieni.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li għall-ħabta tal-10:30 a.m kienet seħħet ħabta bejn karozza tal-għamla Citroen C1 misjuqa minn mara ta’ 31 sena residenti San Ġwann u mutur misjuq minn raġel ta’ 26 sena residenti San Pawl il-Baħar.
Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li assistew lis-sewwieq tal-mutur sakemm seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal iktar kura.
Filwaqt li l-Pulizija kompliet bl-investigazzjonijiet tagħha b’rabta ma’ dan l-inċident, fiż-żona nġemgħet konġestjoni kbira ta’ traffiku fl-inħawi.