Għall-ħabta tal-10:45 ta’ dalgħodu seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Sir Temi Zammit, fl-Imġarr.
Kelliem għall-pulizija indika ma’ dan is-sit li kien hemm ħabta bejn tliet vetturi u li sseejħet ambulanza fuq il-post.
Għadu mhux magħruf jekk kienx hemm persuni li weġġgħu f’dan l-inċident tat-traffiku.
Konsegwentament minħabba l-imsemija ħabta, inħolqot konġestjoni kbira tat-traffiku li tibda minn Triq Buqana fil-limiti tar-Rabat.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.