Sunday, December 22, 2024

Konġestjoni tat-traffiku f’diversi inħawi sigħat wara l-inċident fil-Marsa

Aqra wkoll

L-inċident fatali li seħħ aktar kmieni dalgħodu fil-Marsa jidher li wassal għal konġestjoni kbira ta’ traffiku f’diversi lokalitajiet fil-madwar.

Numru ta’ qarrejja li bagħtulna kkonfermaw magħna li għamlu ħin twil mwaħħlin fi traffiku li safa staġnat kawża ta’ dak li seħħ fi Triq Aldo Moro.

Intant fl-aħħar sigħat numru ta’ uffiċjali tal-ordni kienu għaddejjin b’ħidma biex issir l-investigazzjoni b’rabta mal-inċident.

Ladarba jintemmu l-investigazzjonijiet neċessarji jkun jista’ jitneħħa t-trakk li għal sigħat sħaħ spiċċa jostakola parti mit-triq.

AQRA WKOLL:

Ekonomija

Sport