Dan is-sit jinsab infurmat li aktar kmieni għall-ħabta tas-siegħa fi Triq Dun Karm Psaila inġemgħet konġestjoni tat-traffiku minħabba żewġ inċidenti li seħħew ftit metri bogħod minn xulxin.
Fortunatament ħadd ma ndarab f’dawn iż-żewġ inċidenti. F’każ minnhom kien hemm ħabta bejn żewġ vetturi filwaqt li fit-tieni każ, mara ntlaqtet minn mutur.
Il-Pulizija intervjenew fuq iż-żewġ każi, iżda l-partijiet kollha involuti rrifjutaw li jittieħdu lejn l-Isptar għall-kura medika.