Saturday, December 21, 2024

Konkluż il-ftehim ta’ Jim Ratcliffe biex jixtri sehem f’Manchester United

Aqra wkoll

Ġie konkluż il-ftehim ta’ Sir Jim Ratcliffe biex jixtri sehem ta’ 27.7% f’Manchester United.

L-investiment tal-biljunarju Brittaniku jiswa madwar £1.25 biljuni.

Il-familja Glazer, li saru s-sidien tar-Red Devils fl-2005 se żżomm is-sehem ta’ maġġoranza tal-club iżda l-Ineos Group ta’ Ratcliffe se jieħu l-kontroll tal-operat tal-football.

“Li ssir ko-proprjetarju ta’ Manchester United huwa unur kbir u jiġi b’responsabbiltà kbira,” qal Ratcliffe.

“Dan jimmarka t-tlestija tat-tranżazzjoni, iżda biss il-bidu tal-vjaġġ tagħna biex nieħdu lil Manchester United lura fil-quċċata tal-football Ingliż, Ewropew u dinji, b’faċilitajiet ta’ klassi dinjija għall-partitarji tagħna.

“Ix-xogħol biex jinkisbu dawk l-għanijiet se jaċċellera mil-lum.”

Ratcliffe li twieled f’Manchester huwa chairman tal-kumpanija tal-petrokimiċi Ineos u jgħid li hu partitarju kbir tal-United. Huwa pprova u naqas milli jixtri lil Chelsea f’Mejju 2022.

In-negozjant ta’ 71 sena laħaq ftehim li jixtri 25% tal-ishma tal-Klassi B ta’ United, fil-biċċa l-kbira miżmuma mill-familja Glazer, li fihom kważi d-drittijiet tal-vot kollha, u sa 25% tal-ishma tal-Klassi A tagħha, li huma elenkati fil-Borża ta’ New York.

Ekonomija

Sport