Il-Bord li mexxa l-inkjesta pubblika b’rabta mal-assassinju ta’ Daphne Caruana ħabbar li lesta r-rapport tiegħu u se jkun qiegħed jippreżentah lill-Prim Ministru u lill-Avukat tal-Istat fil-ġranet li ġejjin wara li jsir ix-xogħol amministrattiv meħtieġ.
Il-Bord, kompost mill-Imħallef Emeritu Dr Michael Mallia, l-Imħallef Emeritu Joseph Said Pullicino u l-Imħallef Abigail Lofaro, qal ukoll li se javża d-data li fiha se jkun qed jippreżenta r-rapport u meta dan se jiġi ppubblikat.