Saturday, December 21, 2024

Konrad Mizzi jisħaq li se jibqa’ MP u jibqa’ jappoġġja lill-PL bil-vot tiegħu fil-Parlament

Aqra wkoll

Konrad Mizzi wera l-inenzjoni ċara tiegħu li jibqa’ jservi bħala Deputat Parlamentari filwaqt li jkompli jappoġġja lill-Partit Laburista fil-Kamra tar-Rappreżentanti f’voti parlamentari. Huwa qal dan f’ittra li bagħat illum lill-Ispeaker, u li l-kopja tagħha huwa ppubblika fuq il-midja soċjali.

Fl-ittra lill-Ispeaker Anġlu Farrugia, li ntbagħtet jiem wara li tkeċċa minn ħdan il-Grupp Parlamentari Laburista, Mizzi qal li l-lealtà tiegħu se tibqa’ lejn il-Partit Laburista, u għaldaqstant se jibqa’ jappoġġja lill-PL bil-vot tiegħu fil-Parlament.

Fl-ittra hura temm jgħud li se jibqa’ jagħti l-kontribut tiegħu lejn l-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż, u jibqa’ jagħti l-kontribut tiegħu fil-politika, fejn se jkompli jkun il-vuċi tal-kostitwenti tiegħu.

Ekonomija

Sport