Sunday, December 29, 2024

Konsorzju mill-Qatar u Ineos iressqu l-offerta tagħhom biex jixtru lil Manchester United

Aqra wkoll

Sheikh Jassim bin Hamad Al Thani, iċ-chairman ta’ wieħed mill-akbar banek tal-Qatar, ikkonferma li l-konsorzju tiegħu għamel offerta biex jixtri lil Manchester United.

Filwaqt li l-partijiet l-oħra kollha rtiraw minn din it-tiġrija,  il-kumpanija Ineos, li hija proprjetá ta’ Jim Ratcliffe, huwa għamlet l-offerta tagħha b’mod uffiċjali qabel id-data tal-iskadenza li kienet il-Ġimgħa, 16 ta’ Frar. 

Il-biljunarju Ratcliffe kien ilu li ddikjara l-interess tiegħu li jixtri lill-club tal-Unted. 

Il-familja Glazer, li xtrat lil United fl-2005, qed tikkunsidra li tbigħ hekk kif “jesplora wkoll alternattivi strateġiċi”.

Il-konsorzju Qatari ta’ Sheikh Jassim qal: “L-offerta qed tippjana li terġa’ tpoġġi lill-klabb għas-snin glorjużi. 

“L-offerta se tkun kompletament ħielsa mid-dejn permezz tal-fondazzjoni ta’ Sheikh Jassim, li se tfittex li tinvesti fit-timijiet tal-football, ​​iċ-ċentru tat-taħriġ, l-istadium u infrastruttura aktar wiesa’, l-esperjenza tal-partitarji u l-komunitajiet, li jappoġġaw lill-club.

“Il-viżjoni tal-offerta hija li Manchester United ikunu rinomati għall-eċċellenza fil-football, ​​u meqjusa bħala l-akbar club fid-dinja.”

Ekonomija

Sport