Sunday, December 22, 2024

“Kont bla sens, imdejjaq u ndannat… illum b’qalb kbira, kuntent u ħieles mid-droga”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Bħal-lum tliet snin ilu kont dak li speċi ta bnidem bla forma bla moħħ, bla sens, bla qalb, bla emozzjonijiet, imdejjaq dejjem indannat u tiela’ u nieżel il-Qorti. Dan kollu għax kont ivvizzjat u maħkum mill-vizzju tad-droga. Hekk beda biex jiftaħ qalbu raġel Malti li f’dan il-jum ħass li kellu jservi ta’ kuraġġ għal ħaddieħor.

Huwa kompla jgħid li sfortunatament dam ma tgħallem imma llum iħoss li hu bniedem il-kontra ta’ dak li kien qabel mhux biss għax tgħallem jgħix mingħajr il-vizzju, iżda anke għax m’għadux ikollu l-każi ta’ qabel.

Huwa spjega li matul dawn l-aħħar xhur fehem li żball ma jitranġax b’ieħor u li fil-ħajja li kien imdorri fiha qabel kien biss jeżisti u mhux jgħix. Tenna jgħid li l-akbar tagħlima kienet li l-ħajja trid taprezzaha u tieħu kemm tiflaħ tajjeb minnha. 

“Kuraġġ ħabib/a u taqta’ qalbek qatt u tpaxxi lil ħadd”, temm jgħid ir-raġel fuq il-profil tiegħu.

Ekonomija

Sport