Friday, December 20, 2024

“Kont fost dawk li ħadmu għall-mekkaniżmu li minn snin ilu spiċċa bejta taż-żnażan”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Kummissarju Ewropew għall-Ugwaljanza tispjega li din hija miżura temporanja

Ilbieraħ tħabbru l-bqija tal-kandidati li ġew eletti fl-elezzjonijiet każwali tal-Partit Nazzjonalista u n-nisa li ġew eletti permezz tal-mekkaniżmu favur aktar ugwaljanza bejn is-sessi fil-parlament. B’reazzjoni għal din is-sistema introdotta mill-Partit Laburista kien hemm ħafna li qasmu l-opinjoni tagħhom mal-pubbliku, b’għadd ta’ persuni jikkritikaw din is-sistema.

Il-Kummissarju Ewropew għall-Ugwaljanza Helena Dalli, f’kumment li għamlet b’rabta ma’ dawk li kkummentaw b’mod negattiv fuq l-użu tal-mekkaniżmu qalet li hi waħda minn dawk li ħadmet sakemm din il-miżura kienet introdotta fil-programm elettorali tal-2017. 

Dalli tkompli li din hija miżura temporanja li l-maġġoranza l-kbira tal-poplu vvota għaliha u li se tibqa’ sakemm il-parlament ikun aktar rappreżentattiv.

Żiedet tispjega li l-ebda pajjiż fid-dinja m’għandu rappreżentanza tajba ta’ nisa fil-parlament jekk mhux għax f’xi perjodu jew ieħor kellu mekkaniżmu ta’ azzjoni pożittiva ta’ dan it-tip.

“In-numri hemm qegħdin għal min irid jaqrahom u Malta mhix differenti”, temmet tgħid Dalli.

Intant il-Kummissarju Ewropew għall-Ugwaljanza, dak iż-żmien deputata Laburista, sa minn 11-il sena ilu kienet kitbet dwar is-suġġett u qalet li ċertu rappurtaġġ kien qiegħed ixekkel aktar milli jgħin fil-progress lejn soċjetà aktar rappreżentattiva. Dalli dak iż-żmien kienet qalet li s-suġġett tal-kwota kien spiċċa bejta taż-żnażan b’ħafna jaqraw it-titlu “In-nisa jridu l-kwota” u jinfexxu jikkummentaw bla ma jaqraw il-bqija tal-kontenut. Sa minn dak iż-żmien Dalli kienet għamlitha ċara li n-nisa m’għandhomx bżonn kwoti, iżda li kien meħtieġ li bħal soċjetajiet moderni oħra, pajjiżna jieħu azzjoni temporanja li tgħin fir-rappreżentanza tas-soċjetà tiegħu.

Ekonomija

Sport