Sunday, November 24, 2024

“Kont, għadek u tibqa’ f’qalbi”

Isabelle Bonnici tfakkar it-twelid ta’ binha Jean Paul Sofia

Aqra wkoll

Isabelle Bonnici, omm il-mibki Jean Paul Sofia fakkret it-twelid tiegħu hekk kif kieku llum jagħlaq 22 sena.

Ommu permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali kitbet “X’ferħ u ġmiel ġibtilna f’ħajjitna qalb ta’ qalbi dakinhar, issa ċerta li qed tferraħ u sebbaħ fejn qiegħed….x’se naqbd ngħid?

Sabiħ, int taf x’irrid ngħidlek għax la nbidel u lanqas se jinbidel xejn. Kont, għadek u tibqa’ f’qalbi, f’kull nifs li nieħu, f’kull ħaġa li nagħmel u f’kull ħsieb tiegħi. Qed nipprova ngħix l-aħjar li nista’ u nkun pożittiva għalik!”

Filwaqt li wegħditu li ismu ma hu se jintesa qatt u se tkompli taħdem biex kemm jista’ jkun ma jmutux aktar ħaddiema fuq il-post tax-xogħol.

“Inħobbok għal dejjem ta’ dejjem għax l-imħabba ta’ omm hija eterna u ma tispiċċax mal-mewt,” temmet il-messaġġ tagħha omm Jean Paul Sofia.

Sport