Għadd ta’ persuni nġabru fil-parroċċa ta’ Marija Annunzjata ta’ Ħal Tarxien biex jagħtu l-aħħar tislima lil Lonza Busuttil.
Mara ta’ min ifaħħarha u l-eżempju tagħha d’din id-dinja żgur li jgħin biex ikompli jitkattar is-sewwa. Ċertament li wara din il-ħajja mhux kollox jispiċċa bħad-duħħan. Lonza kont issibilha minn kollox għax kienet tħobb titma’ lil min ikun fil-bżonn mdawwra b’familja li kompliet tikber b’mod speċjali fl-imħabba”, qal il-Viċi Arċipriet tal-Parroċċa David Borg waqt li kien qiegħed ifakkar il-ħafna tajjeb tal-vittma.
Lonza Busuttil hija l-anzjana ta’ 81 sena li tilfet ħajjitha wara li żviluppaw nirien fir-residenza tagħha. L-inċident seħħ fit-23 ta’ Awwissu għall-ħabta tas-6.30 a.m fi Triq Betta f’Ħal Tarxien.
AQRA WKOLL
Anzjana tmut wara ħruq fir-residenza tagħha f’Ħal Tarxien