Sunday, October 27, 2024

“Kont mara ta’ qalb kbira” .. Għalliema u studenti maħsuda bit-telfa ta’ Ms Cassar

Aqra wkoll

“Illum id-dipartiment tal-Edukazzjoni, il-Furjana u kull minn kellhu ċ-ċans jiltaqa’ magħha, tlifna djamant b’qalb tad-deheb, dejjem lesta biex tgħin u tferraħ l-istudenti u lil kulħadd.”

Hekk kitbet persuna fuq il-midja soċjali, fost l-għexieren ta’ messaġġi li nkitbu fl-aħħar sigħat, wara li ngħatat l-aħbar li sfortunatament Ms Joanna Cassar ħalliet din id-dinja.

Hija kienet għalliema f’diversi skejjel bħal Erin Serracino Inglot Girls Secondary School ta’ Bormla u SMC Secondary Verdala fejn kienet ukoll assistant head.

Hija ġiet deskritta bħala mara ta’ qalb kbira, simpatika u li dejjem kienet lezzjoni ta’ dixxiplina għall-istudenti tal-Liċeo.

Studenti wkoll qed jibku t-telfa tagħha fejn fost l-oħrajn studenta minnhom kitbet: “Grazzi talli kont hemm għalija ta’ kemm rajtni niffaċċja r-realtà u inti kont l-bastun tiegħi bħalma kont taf inti l-iskola dejjem tgħajta bis-sieq imma inti dejjem emmint fiha li jien se nasal fejn irrid nasal f’hajti. Int mhux talli kont Assistant Head tagħna talli kont l-ikbar ħabiba tagħna.”

Persuna oħra kitbet: “Bħal sajjetta fil-bnazzi… ħallejtni bla kliem! Kont mara ta’ qalb kbira, ċajtiera, dejjem b’dik it-tbissima fuq fommok u dedikata f’dak kollu li tagħmel. Kellek ħafna għal qalbek l-istudenti u dan nafu għax kelli x-xorti li naħdem miegħek għal sentejn. Bi ftit kliem konna nifthemu u dejjem tajtni pariri siewja, u meta kelli bżonn l-għajnuna tiegħek sibtek… ma kontx taħsibha darbtejn!”

Sport