Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-atletika?
Kont ipprattikajt ftit atletika l-iskola imma l-aktar li kont ġinnasta sa ma mort l-Università. Kont inħobb immur niġri ma’ missieri u fl-Università kont inħobb ħafna mmur immure fuq xi bajja bir-ramel għall-gost.
Ħa mmur mal-ewwel għall-punt. X’tikkummenta fuq l-aħħar success li ksibt waqt il-Maratona ta’ Malta?
Kienet tellieqa tassew iebsa għalija. L-aħħar ftit ġimgħat ta’ taħriġ ma kinux tajbin ħafna u kont qed nitħabat ma’ injury allura ħassejtni tassew tajba li wasalt sal-aħħar. Kont qrib ħafna li nieqaf f’diversi okkażjonijiet imma grazzi għall-appoġġ mill-aqwa li kien hemm minn tant nies, dan kien dak li żammni għaddejja!
X’suċċessi maġġuri oħra ksibt fil-karriera tiegħek s’issa?
Naħseb li l-akbar suċċess tiegħi kien fid-distanza tal-Maratona. Irbaħt il-Maratoni ta’ Edinburgh u ta’ Loch Ness fl-Iskozja, il-Maratona ta’ Richmond f’Londra, il-Maratona ta’ Pisa fl-Italja u l-Maratona ta’ Malta f’numru ta’ okkażjonijiet.
Kif tqis il-livell tal-atletika f’pajjiżna fil-preżent?
Il-komunità tal-ġiri f’Malta hija mill-aqwa u jidher ċar li l-livell tal-atletika qed jitjieb sena wara l-oħra bir-rekords nazzjonali regolarment jinkisru, partikolarment fil-livell taż-żgħar.
Għaddi messaġġ finali lil dawk li jixtiequ jagħmlu karriera ta’ suċċess fl-atletika.
Ħu ħsieb ġismek u dejjem saħħaħ it-taħriġ tiegħek kif suppost!

