Xokk u dispjaċir kienu fost is-sentimenti li nħassu minn bosta nies ftit wara li ngħatat l-aħbar traġika li l-Konsulent tant maħbub Dr. Victor Calvagna ħalla din id-dinja. Huwa kien ilu għal dawn l-aħħar jiem rikoverat l-Isptar minħabba l-ġrieħi serji li ġarrab wara li fit-28 ta’ Diċembru tajritu karrozza.
Fost dawk li sellmu l-memorja tiegħu kien hemm Martina Fenech, eks pazjenta tiegħu li tistqar li tinsab fejn qiegħda llum, tagħmel dawn ir-riċerki u tkompli taqsam mal-pubbliku l-għarfien dwar dawn l-esperjenzi, grazzi għall-ħidma ta’ Dr Calvagna.
“Inti dejjem għidtilna li aħna l-pazjenti/ex-pazjenti l-eroj tiegħek. Imma jien dejjem għidtlek aħna eroj għax salvana eroj. Inwiegħdek li mhux ser nieqaf hawn.”
Fuq il-midja soċjali hija kitbet: “Qas irrid nemmen li qed nikteb dan. Għaxar snin ilu eżatt tlift il-persuna li tagħtni din il-ħajja u llum, għaxar snin wara tlift il-persuna li taghtni ħajti lura. Ma nafx minn fejn ser naqbad nibda b’tant memorji sbieħ flimkien. Għalkemm ikolli ngħid li l-ewwel memorja kienet xi ftit qarsa, meta tgħajtni l-aħbar li kelli kanċer. Pero niftakar kemm ridt tinkludini fil-proċess, ridtni nkun naf sal-inqas dettal, ridtni nitgħallem, u ngħati l-oppinjoni tiegħi. Kien hemm xi ġranet li tgħajtek xi kedda, niftakarni narak bid-dmugħ f’għajnejk. Daqs kemm ma kienitx faċli għalija u għal familti li naffaċċja l-kanċer wara xahrejn mill-mewt tal-mama’, daqshekk ieħor ma kienitx faċli għalik li ridt tagħti l-kuraġġ u tama lilna, u tagħmel dak kollu li tista’ biex ma ngħaddux minn buraxxka oħra.”
Żiedet tgħid iżda li miegħu għandha memorjji ħafna iżjed sbieħ, fosthom meta qalilha l-aħbar li fieqet fieqet.
“Ħallejtna kmieni wisq, iżda żgur li l-memorji tiegħek fost il-ħafna familji ser iżżommuk ħaj f’qalbhom. Tir l-fuq mal-anġli tagħna fis-sema. Minjaf kemm tfal, ġenituri, nanniet, zijiet, u ħbieb ġejjin ħdejk, biex jirringrazzjawk ta’ dak kollu li għamilt magħhom jew mal-għeżież tagħhom,” qalet Martina