Monday, July 15, 2024

“Kont u għadek sabiħ minn ġewwa u minn barra”

Mijiet isellmu l-memorja ta' Ryan Calleja - "il-Bobby"

Aqra wkoll

Steve Compagno, ħabib ta’ Ryan

Bħal leħħa ta’ berqa mal-Fgura ġriet l-aħbar li Ryan Calleja kien tlief il-battalja tiegħu mal-mard u ħalla din id-dinja.
Kienu bosta li kitbu fuq il-midja soċjali dwar kemm kien qalbu tajba Ryan u anke li kien maħbub minn kulħadd.

Fost dawk li kiteb dwaru kien hemm Steve Compagno. “Ma hemmx kliem biex x’qed inħoss. Kont l-aqwa ħabib li qatt kelli mis-Sekondarja. Kull fejn nkunu niftehmin, sakemm kont tasal, ma kontx noqgħod sakemm jasal “il-Bobby” – hekk konna nsejħulek.”

Steve Compagno jkompli jikteb li “kont ngħidlek kollox – ħsibijieti, ferh, dwejjaq, ħolm u fuq kollox, fuq il-Milan. Min qatt kellu jgħidilna li kellek tħallina. Nħobbok u nimmisjak diġa. Kont u għadek sabiħ minn ġewwa u barra. Strieħ fis-sliem Ryan Calleja. Sakemm nerġgħu niltaqgħu, ser nibqa’ naħseb fil-mumenti ta’ ferħ li qsamna flimkien mill-adoloxxenza sa rġulitna. Ibqa’ żomm idejk fuq martek, uliedek u l-ġenituri li tant kienu għeżież għalik.”

Dan is-sit jingħaqad mal-mijiet ta’ messaġġi u noffru l-kondoljanzi tagħna lill-martu, lill-uliedu, lill-ommu u b’mod partikolari lil missieru Valent li għal snin sħaħ ħadem fl-istamperija tal-Union Print fid-Dipartiment tal-ġurnal l-Orizzont.

Ryan se jkun qiegħed jingħata l-aħħar tislima nhar il-Hamis, 20 ta’ Ġunju fis-2.00 pm fil-knisja parrokkjali tal-Fgura.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport