Friday, April 26, 2024

“Kontra kull sfida rnexxielna nżommu kumpanija lil eluf ta’ persuni”

Aqra wkoll

Iċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, Jason Micallef b’reazzjoni għall-ispettaklu offrut lill-pubbliku lbieraħ qal li lbieraħ filgħaxija ġie offrut l-aqwa spettaklu possibbli lill-poplu Malti u Għawdxi kollu.

Micallef tenna jgħid li “sodisfatt bil-kbir kif għal darbohra, u kontra kull sfida possibbli, irnexxielna nżommu l-aqwa kumpanija lill-eluf ta’ nies li segwew fuq it-televiżjoni produzzjoni tal-ogħla livell, impekkabbli, mill-aqwa artisti u mużiċisti lokali.”

Huwa żied jgħid li l-wirja ta’ John Newman kienet eċċezzjonali, bl-ispettaklu ta’ logħob tan-nar f’temp perfett, joħrog is-sbuħija unika tal-Port il-Kbir u ta’ pajjiżna.

“Bħalna m’hawnx, u ngħidha bi kburija. Minn qalbi, is-Sena t-Tajba lil kulħadd”, temm jgħid Micallef.

Sport