Thursday, November 14, 2024

“Kontra qalbna nivvutaw kontra iżda kommessi li nressqu aktar riformi li jibnu fuq ir-rakkomandazzjonijet tal-inkjesta”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Whip tal-Gvern Glen Bedingfielf qal li fid-dibattitu tal-lejla l-gvern wera bil-fatti l-impenn tiegħu li jkompli jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-bord tal-inkjesta pubblika b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Huwa qal li l-Prim Ministru ressaq il-proposti u l-abbozzi ta’ liġijiet marbuta mat-tisħiħ tal-ġurnaliżmu b’rieda li jtejjeb u jbiddel l-affarijiet. 

Kompla biex jgħid li fin-naħa l-oħra l-Oppożizzjoni qiegħda titfa’ kollox f’basket wieħed u timponi vot ta’ malajr għalhekk dan wassal biex “kontra qalbha” n-naħa tal-gvern kostretta tivvota kontra dan l-abbozz.

Fl-istess ħin Bedingfield qal li l-gvern kommess li jkompli jaħdem fuq il-prinċipji u jimpenja ruħu biex ikompli jibni fuq ir-riformi li saru fuq l-istess inkjesta li saret referenza għaliha diversi drabi waqt l-istess seduta.

Ekonomija

Sport