Friday, May 3, 2024

Kontroversja dwar tmexxija ta’ ċentru tad-donazzjonijiet għar-refuġjati Ukreni

Kordinatriċi fiċ-ċentru ta’ Stella Maris mwaqqfa milli tkompli bil-ħidma tagħha…

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Minn mindu bdiet il-Gwerra fl-Ukrajna pajjiżna laqa’ għadd ta’ refuġjati u familji mill-Ukrajna bil-għan li jsibu kenn ‘il bogħod mill-perikli li hemm f’pajjiżhom. Barra minnhekk, il-qalb kbira tagħna bħala poplu tat u għadha tagħti donazzjonijiet ta’ ikel u affarijiet oħra essenzjali lill-istess refuġjati.

L-Għaqda tar-Refuġjati f’Malta fil-fatt rat il-bidu tagħha tlett ijiem biss wara li bdiet l-invażjoni fl-Ukrajna. Din l-istess għaqda għadha kemm ħabbret li waħda mill-persuni ewlenin fil-ħidma favur ir-refuġjati Ukreni f’pajjiżna, Krystina Nalivko, twaqqfet milli tkompli bil-ħidma tagħha u m’għadx għandha permess la li tirrappreżenta lill-grupp u lanqas li tidħol fiċ-ċentru ta’ Stella Maris li fih kienu jinġabru d-donazzjonajiet.

“Inkomplu ngħinu lir-refuġjati fil-bżonn”

L-organizzazzjoni lokali li tgħin mijiet ta’ Ukreni li sabu refuġju f’pajjiżna ħabbret dan fejn saħqet li l-għan tagħhom kien, għadu u se jibqa’ li jgħinu lil dawn il-familji fil-bżonn. Fuq il-paġna tal-Facebook tagħha, l-Ukrainian Refugees Malta qalet li Krystina Nalivko m’għandx għandha permess li tirrapprreżenta l-grupp u d-Djoċesi (taċ-ċentru ta’ Stella Maris) mit-8 ta’ Marzu li għadda, ipprjobixxa lil Nalivko milli tidħol fl-istess ċentru.

Hawn din l-għaqda fakkret lill-membri li huma jaħdmu bħala grupp u li s-saħħa fihom hija kollettiva. Żiedet li, “u mhux persuna waħda li wżat iċ-ċentru li ġiet fdata bih biex tmexxih bħala intrapriża privata”. L-Ukrainian Refugees in Malta stqarret li huwa ta’ sogħba li waslu f’dan il-punt iżda saħqet fil-bżonn li jkomplu mexjin ‘il quddiem ħalli jwettqu l-missjoni tagħhom.

Fl-istess ħin din l-għaqda qalet li t-tieni ċentru tagħhom li jinsab f’Ta’ Xbiex, huwa miftuħ u qiegħed ikompli jilqa’ u jqassam donazzjonijiet lir-refuġjati Ukreni fil-bżonn kollha f’Malta. Għaldaqstant talbu biex il-kordinament tad-donazzjonijiet u biex jinġabru, isir miċ-ċentru ta’ Ta’ Xbiex fejn fih hemm bħala kordinatriċi Oksana Rudak.

Kummenti li qalu li Nalivko kienet tgħin ħafna mingħajr ma titlob xejn lura…

Dan il-pass ħawwad mhux ftit lil għadd ta’ membri tal-istess grupp li jafu u anke taw xhieda ta’ kemm Nalivko kienet għinthom fil-mumenti diffiċli. Ma naqasx li kien hemm min esprima dispjaċir għal dan il-pass anke għall-fatt li skont ma kitbu fuq l-istess paġna tal-Facebook, Nalivko jingħad li hija “persuna tajba li għenet ħafna mingħajr qatt ma talbet xejn lura. Għenet b’mod volontarju għal sentejn sħaħ u mhuwiex sew li jingħad dan it-tip ta’ kliem dwarha…”

Għal dan il-kumment, flimkien ma’ oħrajn, l-Għaqda tar-Refuġjati Ukreni f’Malta qalet li tifhem li hemm persuni li jistgħu jħossuhom iddispjaċuti għax huma ddispjaċuti wkoll iżda rribattew l-importanza li tkompli l-missjoni tagħhom biex jgħinu lir-refuġjati Ukreni f’Malta.

Sport