Saturday, September 20, 2025

“Konverġenza bejn il-mudell soċjali u t-tkabbir ekonomiku” – il-Professur u Ekonomista Philip Von Brockdorff dwar id-dokument ta’ qabel il-Budget 2026

Aqra wkoll

Id-dokument ta’ qabel il-Budget jixhed il-konverġenza bejn il-mudell soċjali u dak għat-tkabbir ekonomiku. Il-politika soċjali qed twassal biex tissaħħaħ l-ekonomija u mhux toħnoq it-tkabbir. Sakemm din il-konverġenza tibqa’ prijorità, dan ikompli jsaħħaħ ir-reżiljenza tal-mudell ta’ tkabbir ekonomiku f’pajjiżna.

Iddikjara dan il-Professur u Ekonomista Philip Von Brockdorff f’kummenti ma’ dan is-sit b’rabta mad-dokument ta’ qabel il-Budget 2026. 

Il-Prof. Brockdorff irrimarka li l-istess dokument jixhed bilanċ bejn il-ħtieġa għal dixxiplina fiskali u t-tisħiħ soċjali permezz ta’ miżuri, bħas-supplementary COLA mechanism, l-aġġustament fit-tax ceiling u fiċ-children’s allowance fost miżuri oħra. 

Huwa żied jgħid li: “dak il-bilanċ huwa kritiku biex il-finanzi pubbliċi jibqgħu sostenibbli. Wieħed jittama wkoll li fil-ġejjini nergħu lura għal surplus fil-Budget”.

Punt ieħor li xtaq isemmi huwa l-importanza ta’ investment u tiġdid fl-ekonomija. Fisser li d-dokument ta’ qabel il-Budget jisħaq fuq dan u irrimarka wkoll li sabiex pajjiżna jkollu tkabbir ekonomiku fis-sena 2026, wieħed ma’ jistax jistrieħ biss fuq il-konsum iżda irid jitkompla l-investiment f’dawk is-setturi li jwasslu għal tkabbir ekonomiku sostenibbli, bħas-settur għas-servizzi finanzjarji fost oħrajn. 

L-ekonomista tenna jgħid; “Irridu fuq kollox nibqgħu kreattivi u innovativi kemm fit-tħaddim tal-politika ekonomika kif ukoll dik soċjali mingħajr, ma nipperikolaw is-sostenibbilita’ fil-finanzi pubbliċi”.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport