“Jiena nemmen u konvint illi jista’ jkun hemm diversi aspetti u temi fejn nistgħu nġibu konverġenza bejn iż-żewġ partiti politiċi. Rajna li ġibna konverġenza fis-snin preċedenti fuq numru ta’ temi b’mod ġenerali”
Dan iddikjarah il-Prim Ministru Robert Abela ilbieraħ hekk kif wieġeb il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti wara l-laqgħa li kellu mal-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista
Il-PM Abela enfasizza li mal-Partit Nazzjonalista semma anke episodju fejn lura fl-2020 kien hemm il-ħatra ta’ Prim Imħallef fejn dakinhar. Qal li dan sar minkejja li l-Gvern seta’ mexxa ‘il quddiem kif kienet il-liġi dakinhar, marru huma stess jfittxu l-kunsens mal-Oppożizzjoni. Qal li jista’ ngħid li ma’ Adrian Delia wasal fi ftit minuti fuq kariga daqstant importanti
Abela temm jgħid li bħalissa pajjiżna jinsab f’dan il-mument tant importanti, fejn għandna ekonomija mill-iktar vibranti u li fejn jidħol is-suq tax-xogħol il-kelma qgħad inqerdet u l- finanzi tal-pajjiż jinsabu fis-sod