Konvoj militari Russu li jinsab fi triqtu lejn il-kapitali Ukrena ta’ Kyiv qiegħed jinkwieta lil bosta hekk kif dan kiber minn 17-il mil għal 40 mil.
Skont il-kompanija satellitari Maxar Technologies, dan il-konvoj itawwal mill-bażi ta’ Antonov sar-raħal ta’ Pribyrsk. Pribyrsk tinsab aktar viċin il-fruntiera bejn l-Ukrajna u l-Belarus u r-reattur nukleari ta’ Chernobyl milli mill-Kapitali ta’ Kyiv.
Sal-Ħadd, Maxar kienet ikkalkulat li l-konvoj li kien għadu f’Ivankiv f’tul ta’ madwar 3.5 mili, iżda l-kejl baqa’ jikber u joħloq tħassib fost dawk li kienu qegħdin josservaw mill-qrib is-sitwazzjoni.
Sorsi qrib il-White House rrapurtaw li t-tħassib tagħhom mhuwiex biss il-kobor ta’ dan il-konvoj, iżda wkoll għall-vjolenza li qiegħda tikkawża żieda fil-vittmi.
S’issa mhuwiex magħruf jekk il-konvoj huwiex se jkun qiegħed jimxi kollu lejn l-istess destinazzjoni, jew jekk il-forzi militari kienux se jinfirxu biex jiċċirkondaw il-belt.