Sunday, December 22, 2024

Koppja barranija tingħaqad fis-sagrament taż-żwieġ ġo ħabs fl-Ingilterra

Aqra wkoll

Julian Assagne u Stella Moris, ġenituri ta’ żewġt itfal, ilbieraħ ingħaqdu fis-sagrament taż-żwieġ ġo ħabs fl-Ingilterra. Julian u Stella ltaqgħu fl-2011 l-Ambaxxata Amerikana f’Londra, fejn Stella kienet tifforma parti mit-tim legali Julian.

Julian, raġel ta’ 50 sena ta’ nazzjonalità Awstraljana bħalissa jinsab miżmum l-HMP Belmarsh — ħabs fl-Ingilterra, sakemm ma tittieħed deċiżjoni dwar jekk għandux jiġi deportat talli iktar minn 10 snin ilu żvela informazzjoni militari kunfidenzjali. Dan ix-xahar stess Julian ġie mċaħħad milli jkun jista’ jappella l-qorti kontra d-deċiżjoni li jiġi deportat l-Amerka.

Stella tgħid li hi żżewġet l-imħabba ta’ ħajjitha, u li minkejja illi ċ-ċirkostanzi preżenti ma kinux dawk ideali, huma xorta kienu eċitati ħafna għal dan il-jum tant importanti f’ħajjithom.

Għat-tieġ tagħhom attendew tmien persuni biss: erba’ mistednin, żewġ xhieda u żewġ gwardjani tal-ħabs. Moris b’għafsa ta’ qalb tistqarr li minkejja illi ċ-ċerimonja tat-tieġ saret waqt il-ħin allokat għall-viżitaturi, ix-xhieda u l-mistednin intalbu jitilqu lejn darhom malli tiġi fi tmiemha ċ-ċerimonja.

Julian u Stella ma ngħatawx permess biex ikollhom fotografu magħżul minnhom preżenti għat-tieġ; ir-ritratti kellhom jittieħdu minn membri li jaħdmu l-ħabs stess.

Ekonomija

Sport