Koppja barranija li jgħixu l-Belġju u li kienu fuq btala Malta fuq btala tressqu l-Qorti, bir-raġel akkużat bi vjolenza domestika. Fil-Qorti, ingħad li r-raġel kien akkużat li fil-jiem li għaddew weġġa’ lis-sieħba tiegħu. Min-naħa tagħha l-Prosekuzzjoni qalet li l-Pulizija ġew avviċinati mill-mara.
Mal-Pulizija hija spejgat li s-sieħeb tagħha allegatament taha xi daqqiet ġo wiċċha u li skontha kien hemm mumenti fejn allegatament pprova anke jivgaha.
Qalet ukoll li l-għada beda jitfa’ l-affarijiet u anke kisser il-mobile tagħha u reġa beda jtiha. Hija marret iċ-ċentru tas-saħħa fejn ġiet iċċertifikata bi ġrieħi ħfief.
Ir-raġel ammetta l-akkużi kontrih u ngħata sentenza sospiża ta’ sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn.
Il-Qorti ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni għal sentejn fil-konfront tal-mara u orndat li l-koppja ma tistax issiefer fuq l-istess titjira lura lejn l-Belġju.