Sunday, November 3, 2024

Koppja Ingliża tilqa’ tewmin deskritti bħala miraklu li ‘kontinwament jgħannqu lil xulxin’

Aqra wkoll

Wara disa’ xhur ftit diffiċli, koppja Ingliża laqgħet fi ħdanha lit-tewmin li tant kienu qed jistennew b’ħerqa.

It-tewmin twieldu fir-Renju Unit magħqudin ma’ xulxin u bħal donnu kontinwament jgħannqu lil xulxin.

Hannah u Dan Bateson ddeskrivew lit-trabi bħala miraklu u tawhom l-isem ta’  Annabelle u Isabelle.

Il-koppja rrikorriet għat-trattament tal-fertilità s-sena l-oħra u kienu verament ferħanin meta s-Sinjura Bateson ħarġet tqila fl-ewwel ċiklu.

Iżda scan bikri nissel biża’ fil-koppja wara li żvela li t-tewmin kienu magħquda, xi ħaġa li sseħħ biss f’wieħed minn kull 2.5 miljun tqala.

It-tobba minn kmieni kienu jafu li ċ-ċkejknin jaqsmu diversi partijiet tal-ġisem iżda ma setgħux jgħidu jekk ġewx affettwati xi organi vitali.

Anke hekk kif id-data tat-twelid bdiet toqrob il-koppja kienet għadha fid-dlam dwar il-kundizzjoni taċ-ċkejknin u kif kienu se jkunu ladarba jitwieldu.

Huma ġew riferuti lejn l-Isptar tal-Kulleġġ tal-Università ta’ Londra sabiex tim speċjalizzat ikun jista’ jgħin biex jitwieldu t-tewmin.

Annabelle u Isabelle twieldu b’mod sigur, u minkejja li kienu fost l-oħrajn magħquda mis-sider, it-tewmin, li llum għandhom sitt ġimgħat, kellhom qlub separati.

Is-Sinjura Bateson qalet: “Huma mirakli. Miraklu hija l-kelma li użajna minn dakinhar li sirna nafu li kien se jkollna lilhom.”

Sport