Sunday, December 22, 2024

Koppja Ingliża tinsab mixlija bil-qtil involontarju tat-tarbija tagħha stess

Aqra wkoll

Omm u missier qed jiġu mixlija mill-Pulizija Ingliża bil-qtil involontarju ta’ binthom wara li nstabu l-fdalijiet tal-istess tarbija ġo foresta. Huma qed jinżammu arrestati u aktar tard illum mistennija jidhru l-Qorti ta’ Crawley.

Constance Marten ta’ 35 sena u l-partner tagħha Mark Gordon ta’ 48 sena, mistennija jitressqu l-Qorti tal-Maġistrati fejn se jkunu akkużati bi qtil involontarju ta’ tarbija kawża ta’ “negliġenza grassa”, li żammew it-twelid tat-tarbija sigrieta, u li fixklu l-ġustizzja.

Dan wara li l-Erbgħa li għadda, wara jumejn ta’ tfittxija bla waqfien, instab katavru ta’ tarbija tat-twelid qrib pajsaġġ pubbliku fiż-żona ta’ Hollingbury fi Brighton, Sussex. Fis-sigħat li ġejjin għandha ssir awtopsja fuq il-katavru.

Wara tfittxija intensiva għall-koppja minħabba li ż-żewġ persuni m’għandhomx residenza fissa, nhar it-Tnejn li għadda l-Pulizija tal-lokal irnexxielhom jarrestaw lis-suspettati fi Stanmer Villas, Brighton.

Ekonomija

Sport