Tuesday, May 14, 2024

Koppja mixlija li ħebbew għal omm ir-raġel

Aqra wkoll

Koppja tressqet il-qorti mixlija bi vjolenza domestika fuq omm ir-raġel. Fil-Qorti nstema’ kif il-Pulizija rċievew rapport mill-mara li waqt li kienet fir-residenza tagħha, allegatament sfat aggredita minn binha u s-sieħba tiegħu.

Fil-qorti nstema’ wkoll kif il-koppja allegatament tawha daqqiet f’rasha u kif il-mara spiċċat imbeżża’ tgħix f’darha stess.

Saret talba għall-ħelsien mill-arrest tal-imputati, liema talba sabet oġġezzjoni mill-Prosekuzzjoni minħabba li dan ma kienx l-ewwel rapport fuq l-imputati u l-fatt li għad fadal persuni li jridu jagħtu x-xhieda tagħhom.

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Dr Gabriella Vella laqgħat it-talba għall-ħelsien mill-arrest fil-konfront tal-mara fuq garanzija personali ta’ €5,000, filwaqt li żammet lir-raġel taħt arrest minħabba li l-unika indirizz fiss li għandu huwa dak tad-dar ta’ ommu. 

Il-Qorti ordnat ukoll biex il-mara ma tavviċinax lill-allegat vittma.

Sport