Koppja oħra tirrakkonta l-ħarba minn Kiev. Fi kliemhom stess, “kollox beda dakinhar li bdiet l-invażjoni. Qomna filgħodu u mill-ewwel smajna bl-aħbar li bdiet l-invażjoni. Kienu is-6.30 p.m. Tkellimna bejnietna u ddeċidejna i nitilqu. Bdejna immedjatament nippakkjaw u tlaqna immedjatament mill-appartament. Ħriġna barra u sibna li fuq l-app ma kien hemm l-ebda taxis disponibbli. Bdejna nimxu. Magħna kellna il-pet, qattus, li ħallejnieh għand xi ħbieb tagħna li jgħixu fil-qrib”.
Itennu li “bdejna nisimigħu ħsejjes u l-isplużjonijiet tal-missili u ajruplani għaddejjin. Kien hemm paniku sħiħ. Kjuwijiet ta’ karozzi qed jitilqu. Inrexxielna naqbdu taxi u vvjaġġajna lejn villaġġ fil-qrib fejn kien hemm xi ħbieb tagħna li kienu se jmorru lejn il-fruntiera u konna se nmorru magħhom. Ġara imbagħad li inqbadna fit-traffiku u dawn il-ħbieb tagħna ivvjaġġaw mingħajrna”.
Jenfasizzaw li “morna f’pub biex naraw x’se nagħmlu. Il-pub kien magħluq imma beda jħalli nies jidħlu u jpoġġu. Quddiemna kellna żewġ għażliet ta’ kif se nmorru lejn il-punent. Iż-żewġ għażliet kienu li nivvjaġġaw bil-lejl. Sibna xufier ta’ karozza tal-linja li qalilna li seta’ jeħodna sa Lviv. Kien vjaġġ li dam diversi sigħat. Fil-fatt wasalna Lviv, l-għada fis-7.30 ta’ filgħodu, 18-i sena wara li konna tlaqna minn Kiev. Normalment il-vjaġġ minn Kiev lejn Lviv jieħu bejn 6 u 7 sigħat. Morna fl-istazzjon tal-ferrovija u hemmhekk sibna li li kien hemm karozza tal-linja li kienet sejra lejn il-Polonja. Tlaqt minn Lviv fid-9.00 ta’ filgħodu. Tlett sigħat wara konna mal-fruntiera tal-Polonja. Filgħaxija ġew il-ħbieb tagħna, u ħaduna magħhom fl-appartament u qed ngħixu magħhom”.