Monday, December 23, 2024

Koppja tobba li t-tnejn pożittivi għal COVID… hu jiġġieled għal ħajtu u hi bla sintomi

Aqra wkoll

Minn VICTOR VELLA

Quddiem din l-imxija tal-COVID-19, spiss qegħdin nisimgħu fuq dawk li huma infettati b’dan il-virus. Spiss nisimgħu bl-imwiet jew b’dawk li spiċċaw għamlu jumejn jew tlieta fuq ventilators u oħrajn jiem sħaħ b’sintomi qawwijin ta’ sogħla, qtugħ ta’ nifs u uġiegħ.   Ftit li xejn smajna imma esperjenzi ta’ min skopra li hu ‘carrier’ tal-virus.  Għandu l-virus, jista’ jkun li qed ixerrdu iżda m’għandu ebda sintomi. Fl-aħħar sigħat tefgħat dawl fuq dan l-ispeċjalista li tmexxi sptar f’Massachusetts, Noopur Raje. Hi miżżewġa lill-kardjolgu, li fl-aħħar jiem kien qed jiġġieled għal ħajtu bil-COVID-19. Hi instabet pożittiva imma ma ġiet affettwata bl-ebda mod mill-virus.  Tiddikjara li qatt ma kitbet affarijiet personali iżda din id-darba tħoss li għandha tikteb u twassal xi punti, biex madwar id-dinja ikunu jafu b’din ir-realtà.

Noopur Raje, li hi onkoloġista tkun ċara ħafna fi kliemha. Tiddikjara lI ‘qatt u qatt ma ktibt fuq kwistjonijiet personali. Imma din hi importanti.  Jien ittestjajt pożittiva għal COVID-19 imma mhu qed nuri ebda sintomi. Qed nieħu ħsieb lir-raġel, il-kardjologu Jag Singh, li għandu effetti qawwija. Tgħallimt diversi affarijiet u rrid nurihom”.

Tkun mistoqsija b’mod espliċitu minn għadd ta’ persuni fuq twitter jekk hux qed iżżomm distanza, u hi tiddikjara li “iva qed inżomm id-distanzi u dan għax qabel inmur għax-xogħol irrid niġi negattiva”.

U kemm ilha ‘carrier ta’ dan il-virus u ma turix sintomi? Għal dan it-tabib twieġeb li “ilna erba’ ġimgħat ma nurix sintomi”.

Tgħallimt li “mill-esperjenza tar-raġel li mat-tieni ġimgħa, id-deni jibqa’ jippersisti. It-tylenol ma ħadmitx Kien hemm ħafna messaġġ u dikjarazzjonijiet dwar il-mediċini Ibuprufen, imma kelli nużaha għax ir-raġel ma bediex jirrisponi għat-tylenol.”

“Kont qed nieħu ħsiebu jien. Kont nuża l-ingwanti u l-maskla.  Bdejt nuża ukoll riċetti li tatni ommi bħal ilma sħun, ginger u tumeric. Kien fit-tmien jum li hu żviluppa sogħla qawwija. Tilef sew il-piż.  In-nifs tiegħu kien tajjeb.  Bdejt nużalu l-antibiotic (levoflox) u komplejt insegwi. Mal-għaxar ġurnata għalkemm it-temperatura tad-deni bdiet tinżel, is-sogħla bdiet tiggrava. Minkejja dan ma kellux qtugħ ta’ nifs.  Dehrli li kelli nieħu l-isptar. Kont se nieħdu jien imma spiċċajt ċempilt lill-ambulanza”.

Tenfasizza li “d-deċiżjoni li nmorru l-isptar kienet iebsa.  Biss kont naf li kellha ssir.  Hemmhekk seta’ jingħata kura medika aħjar, b’mod partikolari dik li kienet qed tiġi ittestjata. Kont naf li jekk jiġi affettwat in-nifs,  dan kien se jfisser li s-sitwazzjoni marret għall-agħar ħafna.  Ridt li għalhekk ikun f’post aktar sigur”.

“Fil-11-il jum kont ixxukkjata.  Dan meta rajt l-x ray  u s-CT li ħadu lir-raġel.  Kien żviluppa pneumonia. Bagħtuh fuq il-ventilaturi u jien kont insegwih  fit-taqsima tal-kura intensiva.  Kont norqod bit-telefon ħdejja nistenna li se jċempluli. Fil-jiem ta’ wara hu beda jingħata kura b’Hydroxychloroquine. Beda ukoll jingħata ir-Remedsivir, li kienet għadha qed tiġi ittestjata. Mindu kont ħadtu l-isptar bdejt nara li l-infjammazzjoni baqgħet tiżdied”.

Noopur Raje, tiddikjara li “fil-jiem ta’ wara bdejt nara li n-nifs kien beda jonqoslu. Bdejna nitkellmu permezz ta’ Facetime u bdejn ninnota li n-nifs kien qed jonqos.  Kien qed jidher li ma jistax idum ħafna fuq it-telefon.”

Tgħid li “wara ġimgħatejn, fejn issa kien ilu disat ijiem l-isptar, hu beda jidher xi ftit aħjar, għalkemm  l-infezzjoni kienet għadha qawwija.  Waqaft niċċekkja l-infjammazzjoni, għax din kienet qed tagħmel lil żewġi anzjuż.”

Bdejt nara x’nagħmel fid-dar

“Quddiem din is-sitwazzjoni,  jien bdejt nara x’nista’ nagħmel fid-dar. Insajjar. Nisma’ l-mużika. Naħsel. Nitlob. Ir-raġel kien qed jiġġieled il-marda imma kien hemm ħinijiet fejn kien qed iħoss li mhux qed jaqleb għall-aħjar.  Dan kien qed iżidlu l-ansjetà. Uiiedi spiċċaw ġew ħdejja, imma kont narawhom biss mit-tieqa. Kienu pożittiva u dan lilna għenna ħafna.  Kienu jġibuli l-ikel, iħalluh wara l-bieb u jitilqu.  Sas-sittax-il jum mindu ittestja pożittiv żewġi baqa’ jitlagħlu d-deni. . Kien fis-17-il jum li beda jidher aħjar. Anki it-testiiet bdew jiġu aħjar. Inħareġ mill-isptar fit-18-il ġurnata.  Disat ijiem wara li ħareġ mill-isptar hu kompla jisgħol, iħossu għajjien  u b’xi ftit qtugħ ta’ nifs.  Imma kien qed jidher li qed jirkupra”.

Tisħaq li “jien kont ġejt pożittiva imma ma kontx qed nuri sintomi. Baqgħu kull tant isirilu t-testijiet u bqajt noħroġ pożittiva. Importanti  li tibqgħu id-dar. Iżżommu d-distanzi minn persuni oħra. Ilbsu l-maskli kull ħin, għax kulħadd jista’ jkun qed iġorr il-virus.   Għadni kwarantina id-dar.  Anki min ikun pożittiv u ma jkollux sintomi irid ikun segwit.  Jekk tkun pożittiv u ma turix sintomi fil-bidu fittex l-għajnuna l-aktar jekk tiżviluppa xi sogħla wara sitta jew sebat ijiem. Il-mod kif jiġi affettwat il-pulmujn hu silenzjuż u qattiel”, tiddikjara Noopur.

Tgħid li minkejja li għadda x-xahar minn din is-saga hi u żewġha għadhom mifrudin, Hi fuq u hu isfel.” 

Ekonomija

Sport