Għalkemm bħalissa l-Ukreni għaddejjin minn perjodu estremament diffiċli, koppja Ukrena ddeċidiet li ddawwal dan iż-żmien permezz taż-żwieġ. Valeri u Lesya, żewġ suldati Ukreni, kien ilhom għarajjes għal dawn l-aħħar għoxrin sena u kienu miżżewġin bi żwieġ ċivili.
Propju 11-il ġurnata minn mindu bdiet il-gwerra kontinwa bejn l-Ukreni u r-Russi, din il-koppja ngħaqdet fis-sagrament taż-żwieġ fuq il-fruntiera ta’ Kiev.
Сьогодні вітав бійців одного з батальйонів тероборони столиці Лесю та Валерія. Вони давно живуть в цивільному шлюбі, а тепер вирішили обвінчатися. Церемонія відбулася поруч з одним із блок-постів.
— Віталій Кличко (@Vitaliy_Klychko) March 6, 2022
Життя триває! І життя Києва, киян, нашої держави ми будемо захищати! pic.twitter.com/ys2kNN12Ws
F’dan il-mument tant emozzjonali għal din il-koppja Ukrena, ingħaqad magħhom is-Sindku ta’ Kiev, Klitschko, sabiex jifirħilhom.
Meta wasal il-ħin għax-xampanja, Lesya neħħiet il-helmet u minflok libset il-velu u żammett bukkett fjuri f’idejha.