Sunday, November 3, 2024

Koppji LGBT għadhom jaffaċċjaw diskriminazzjoni meta jiġu biex jadottaw it-tfal

Aqra wkoll

Għalkemm hemm miljuni ta’ tfal jgħixu fl-istituti, koppji LGBT għadhom jaffaċċjaw diskriminazzjoni meta jiġu biex jippruvaw jibnu familja. 

Skont analiżi ġdida li fiha ġew mistħarrġa 247 pajjiż, 25% biss mill-pajjiżi tad-dinja llegalizzaw il-proċess tal-adozzjoni għal persuni LGBT. Dan filwaqt li 75% ma jippermettux li koppji LGBT ikollhom id-dritt li jadottaw. 

Is-sena l-oħra, il-proċess tal-adozzjoni ġie legalizzat fiċ-Ċili, fl-Iżvizzera, kif ukoll fil-Kroazja. Iżda biex ikun hawn l-istess ugwaljanza, għad hemm ħafna xogħol xi jsir. 

Fost il-pajjiżi li l-proċess tal-adozzjoni għal persuni LGBT għadu pprojbit insibu l-Ukrajna, il-Polonja, il-Belarus, iċ-Ċina u l-Marokk. 

L-adozzjoni minn koppji LGBT dejjem żdiedet matul dawn l-aħħar disa’ snin. L-unika tnaqqis li kien hemm kien fl-2021, x’aktarx minħabba l-pandemija.

Sport