Il-Kandidat Laburista fuq l-1 u t-3 Distrett Ray Abela ħabbar li ngħata bidu għal proġett innovattiv u kreattiv għaż-żgħażagħ u t-tfal, bit-tema tal-eSports.
Fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook, Abela qal li s-suġġett tal-eSports fil-futur se jkun parti integrali mill-ekonomija fid-dinja. Qal li għalhekk huwa importanti li ninvestu fiż-żgħażagħ u t-tfal tagħna permezz ta’ dan it-taħriġ.
Il-proġett li ġie mniedi lbieraħ se jkun qed jingħata bla ħlas għal dawk interessati li jimxu lejn karrieri f’din l-industrija. Dan it-taħriġ, li se jingħata f’diversi lokalitajiet madwar il-pajjiż, jistgħu japplikaw għalih ukoll il-ġenituri.
Wieħed jista’ japplika għal dan it-taħriġ sa mhux aktar tard mill-aħħar ta’ Marzu 2022, online, mis-sit elettroniku http://www.rayabela.com/#course. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq 21421784/5.