Sunday, November 24, 2024

KOSTUMI KKULURITI JISPIKKAW FIL-KARNIVAL T’GĦAWDEX

Aqra wkoll

Minkejja li l-Karnival f’Għawdex ilu għaddej ġimgħa sħiħa hekk kif il-Ħadd, 12 ta’ Frar ġie organizzat il-karnival fin-Nadur qabel jibda dak spontanju, ilbieraħ xorta waħda ngħata bidu għal karnival uffiċjali fir-Rabat Għawdex.

Matul il-ġimgħa li għaddiet ġie organizzat il-Karnival f’diversi rħula madwar Għawdex fosthom l-Għarb u l-Munxar.

Mijiet ta’ persuni mlew Triq ir-Repubbika fejn setgħu jaraw xalata ta’ kostumi kkuluriti. Fi Pjazza Indipendenza bdiet il-kompetizzjoni taż-żfin bejn diversi kumpaniji li għal dawn l-aħħar xhur kienu qegħdin jippreparaw għal dawn il-jiem.

Intant, ilejla l-karnival f’Għawdex ikompli bi sfilata fi Triq ir-Repubblika u anke żfin fi Pjazza Indipendenza.

Imbgħad aktar tard jibda għal ġurnata oħra l-karnival spontanju fin-Nadur fejn din is-sena spikkaw il-magni tal-BCRS fost kostumi spontanji oħrajn.

Sport