Wednesday, August 20, 2025

Kristijan Asllani jingħaqad ma’ Bologna

Aqra wkoll

Bologna u Inter waslu għal ftehim dwar it-trasferiment tal-midfielder Albaniż Kristjan Asllani. Il-plejer ta’ 22 sena, li ngħaqad ma’ Inter fl-2022 mingħand Empoli, kellu ftit spazju regolari taħt il-kowċ Nerazzurro Simone Inzaghi iżda wera potenzjal kbir bħala plejer kreattiv u dinamiku.

Bologna qed jaraw fih żieda importanti biex jissaħħaħ nofs il-grawnd, speċjalment wara s-suċċessi tas-sena li għaddiet. Il-ftehim mistenni jingħata l-konferma uffiċjali fil-jiem li ġejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport