Thursday, June 19, 2025

Kritika għall-FIFA minħabba nuqqas ta’ attendenza fit-tazza tad-dinja tal-klabbs

Aqra wkoll

It-Tazza tad-Dinja tal-klabbs organizzata mill-FIFA f’format estiż, qed tiġbed kritika minħabba nuqqas ta’ atmosfera u interess li qed ikun hemm. Stadiums vojta, anke f’logħbiet ta’ livell għoli, qed joħolqu ambjent biered u bla emozzjoni. Każ eżemplari kienet il-logħba bejn Ulsan kontra Sundowns, b’97 spettatur biss li kienu preżenti.

Il-logħba kompliet quddiem 3,412 f’stadium ta’ 25,000. Il-kompetizzjoni trid terġa’ ssib l-element essenzjali tal-futbol: il-partitarji. Mingħajrhom, l-ebda turnament ma jista’ jirnexxi, dejjem skont ma qed jgħidu l-kritiċi.

Ħafna iqisu dan it-turnew bħala żejjed u li mhux qed iħalli l-istennija li xtaqet il-FIFA.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport