Monday, December 23, 2024

Kritika lejn Viktor Orbán wara li ħabbar li se jiltaqa’ ma’ Putin

Aqra wkoll

Membri Parlamentari Ewropej kellhom kliem ta’ kritika fil-konfront tal-Prim Ministru Ungeriż Viktor Orbán wara li dan qal li se jkun qiegħed jiltaqa’ mal-President Russu Vladimir Putin. L-MPE qalu li din il-laqgħa tista’ tkun ta’ xkiel għall-għaqda li trid turi l-Unjoni Ewropea dwar il-kriżi tal-Ukrajna. 

Orbán qal li hu se jkun qiegħed jivvjaġġa lejn Moska biex iżid il-provvista ta’ gass lejn pajjiżu u dan hekk kif il-prezzijiet ta’ din ir-riżorsa ġewwa l-Ewropa qegħdin kulma jmur jogħlew. Orbán qal li dawn id-diskussjonijiet huma importanti biex pajjiżu jkollu prezzijiet orħos.  

L-MPE Ungeriż Márton Gyöngyösi qal li Viktor Orbán qiegħed jimmina d-deċiżjonijiet li qed jit­tieħdu ġewwa Brussell. Gyöngyösi tenna li l-fatt li Orbán mhux qiegħed jinnegozja u jiżviluppa strateġija biex jiddefendi lin-NATO u l-Unjoni Ewropea f’dan il-perjodu, anzi minflok qiegħed jinnegozja mar-Russja, qiegħed saħansitra “jqarreb lejn każ ta’ tradiment”. L-oppożizzjoni tal-pajjiż qiegħda tħeġġeġ lil Orbán biex iħassar dan il-vjaġġ.

Ekonomija

Sport