Friday, December 13, 2024

Kritika mill-ġurnali fuq it-team nazzjonali Franċiż

Aqra wkoll

‘Qed niżolqu fin-niexef!’ Hekk kien it-titlu tal-ġurnal Franċiż “L’Equipe” hekk kif f’artiklu li deher fl-istess gazzetta qed tissemma’ l-kriżi tat-team nazzjonali Franċiż immexxi minn Didier Deschamps li tilef kontra d-Danimarka 2-0 f’Copenhagen.

Ħafna qed jgħidu li Les Bleus huma xotta mill-ideat tattiċi u dan qed iwassal għal dawn it-tip ta’ riżultati.

Fuq kollox, l-istess gazzetta aċċennat il-fatt li fadal ftit inqas minn xahrejn għall-bidu tat-tazza tad-dinja u s-sitwazzjoni xejn m’hi waħda feliċi.

Ekonomija

Sport