Saturday, December 21, 2024

“Kritika viljakka minn Dr Bernard Grech dwar il-Covid-19”

Aqra wkoll

Id-Deputat Laburista Ian Castaldi Paris, fil-ħin tal-Aġġornament iddeskriva l-kritika tal-Kap tal-Oppożizzjoni, Bernard Grech dwar il-Covdi19 bħala viljakka.

Hu qal li “ma nistax nifhem kif l-Oppożizzjoni tasal li tieħu vantaġġ politiku mis-saħħa. Kif tasal li tinqeda b’mewt ta’ persuna biex tipprova tieħu vantaġġ. Spikka kliem fejn il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech skont dak rappurtat, ġie kwotat jgħid lill-Prim MInistru jieqaf jilgħab bil-ħajjiet tan-nies. Meta nisma’ l-Kap tal-Oppożizzjoni jitkellem hekk, ngħid dan bis-serjetà?

“Qed jitkellem hekk għax poġġewh hemmhekk, għax jekk ma jirrepetix dak li jgħidulu, jneħħuħ. Meta faqqgħet il-pandemija, sur Kap tal-Oppożizzjoni, inti fejn kont?. Ejja nkunu realisti. Kritika inġusta u viljakka iddejjaqna. L-Oppożizzjoni donnha qed tieħu gost bin-numru ta’ imwiet telgħin imma mhix tgħid li aħna se nkunu minn tal-ewwel li se jkollna l-t-tilqima. L-Oppożizzjoni għadha ma tistax tniżżilha li l-Gvern Laburista qed imexxi.”

Ekonomija

Sport